L-IRLANDA - IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID


Print page

X'għandek bżonn tagħmel?

Min iħaddmek irid jaqta' t-taxxa mill-paga tiegħek skond l-iskema tal-PAYE. Biex tkun żgur li t-taxxa tiegħek tkun amministrata kif suppost mill-bidu u li dak li jħaddmek jaqta' l-ammont tajjeb ta' taxxa mill-paga tiegħek għandek tagħmel żewġ affarijiet:

  1. Agħti lil min iħaddmek in-numru tal-PPS tiegħek (Personal Public Service Number – In-Numru Personali tas-Servizz Pubbliku). Hu/hi mbagħad jgħarraf/tgħarraf lill-uffiċċju tat-taxxa li int bdejt taħdem
  2. Malli tirċievi n-numru tal-PPS tiegħek mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali tista’ tapplika għal ċertifikat tal-krediti tat-taxxa billi timla l-Formola 12A (Applikazzjoni għal Ċertifikat tal-Krediti tat-Taxxa u l-Limiti tar-Rati Standard) (Application for a Certificate of Tax Credits and Standard Rate Cut-Off Point) u ibgħatha lill-uffiċċju tat-taxxi. Saqsi lil min iħaddmek għall-formola 12A. Min iħaddmek għandu jgħidlek lil liema uffiċċju tat-taxxa għandek tibgħat il-formola 12A li int tkun imlejt. Jekk min iħaddmek ma jkollux il-formola 12A, inti tista' takkwista waħda minn kull uffiċċju tat-taxxa jew billi ċċempel fuq 1890 306 706. Idealment, int għandek tagħmel dan kollu malli taċċetta l-offerta ta' xogħol - anki jekk ikun biss impjieg part-time jew xogħol ta' matul vaganza. Dan jagħti lil min iħaddmek u lill-uffiċċju tat-taxxa żmien biżżejjed sabiex jirranġaw l-affarijiet qabel l-ewwel jum tal-ħlas tiegħek.

X'jiġri mbagħad?

L-uffiċċju tat-taxxa jibgħat lilek u lil min iħaddmek Ċertifikat ta' Krediti ta' Taxxa u r-Rata Standard tal-Punt ta' Qtugħ, li tistabbilixxi fid-dettal l-ammont ta' krediti *1 ta' taxxa li int intitolat għalihom.[1]

Meta tibda tħallas it-taxxa fuq id-dħul (income tax)?

Normalment, inti tibda tħallas it-taxxa mill-ewwel darba li tirċievi l-paga. L-ammont ta’ taxxa li tħallas jiddependi fuq il-livell ta’ paga tiegħek, u l-ammont ta’ krediti tat-taxxa tiegħek.

Sommarju tar-Rati tat-Taxxa (persuna waħedha)[2]

  • 20% fuq l-ewwel €32,800.00 li taqla’
  • 41% fuq id-dħul kollu li jaqbeż €32,800.00

Ta’ min jinnota:

Iċ-ċifri pprovduti hawn fuq kienu korretti fil-ħin tal-publikazzjoni.  Madankollu, dawn jistgħu jinbidlu. Għal aktar kjarifika u informazzjoni kkuntattja lil Revenue fuq 01 865 5000 jew idħol fuq www.revenue.ie  

[1] dawn huma konċessjonijiet personali mit-taxxa mogħtija lill-individwi b'sistema ta' Krediti ta' Taxxa.

[2] Ċifri kif kienu fl-1 ta’ Jannar 2013

    Last modified:20/08/2013