L-IRLANDA - IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID


Print page

L-Awtorità Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Impjieg (National Employment Rights Authority - NERA) tad-Dipartiment tal-Impjiegi, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni tipprovdi informazzjoni lill-impjegati u lil minn jimpjega permezz tal-unità tal-informazzjoni tagħha, tissorvelja l-kundizzjonijiet tal-impjieg permezz tas-servizzi ta’ spezzjoni tagħha, u tista’ tinforza l-konformità u tfittex li jingħata kumpens. NERA tkopri diversi aspetti tad-drittijiet tal-impjieg, inkluż it-Termini tal-Impjieg, Pagi, Vaganzi, Tmiem ta’ Impjieg, Tkeċċija minn Impjieg, il-perjodu tan-Notice, Ħaddiema ppostjati u dawk li ġejjin jaħdmu fl-Irlanda. Għal aktar informazzjoni jekk jogħoġbok idħol fuq www.workplacerelations.ie

Mill-1 ta’ Lulju 2011 il-paga minima hija ta’ €8.65 fis-siegħa.

Ir-rata minima ta’ paga tiżdied minn żmien għal żmien. Dettalji dwar ir-rati minimi attwali dejjem huma disponibbli mill-Workplace Relations Customer Services (Servizzi għall-Konsumatur għal Relazzjonijiet fuq il-Post tax-Xogħol) tad-Dipartiment tal-Impjiegi, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni. Għal aktar informazzjoni jekk jogħoġbok idħol fuq  www.workplacerelations.ie

Ċerti setturi tal-industrija, inkluż l-agrikoltura, il-catering, it-tindif b’kuntratt, il-kostruzzjoni, kuntratti għall-elettriku, lukandi (barra mill-belt ta' Dublin, Dun Laoghaire, il-belt ta’ Cork), bejgħ ta’ merċa bl-imnut, u servizzi ta’ sigurtà huma koperti minn Ftehim / Ordinijiet li huma legalment vinkolanti, li jistabbilixxu rati minimi ta’ paga, li jistgħu jkunu aktar mill-Paga minima Nazzjonali. Dettalji u kopji ta’ dawn il-ftehimiet / Ordnijiet huma disponibbli mingħand il-Workplace Relations Customer Services fuq www.workplacerelations.ie

Il-Kuntratt ta' Impjieg

L-Att ta’ l-1994 dwar it-Termini ta' l-Impjieg (Informazzjoni),  teħtieġ li min iħaddem jipprovdi lill-impjegati b'dikjarazzjoni bil-miktub ta' ċerti dettalji dwar it-termini ta' l-impjieg ta' l-impjegati. Id-dikjarazzjoni bil-miktub, għandha tinkludi dettalji dwar

  • it-termini ta' l-impjieg fir-rigward ta' l-isem u l-indirizz ta' min iħaddem,
  • il-post tax-xogħol
  • it-titolu ta' l-impjieg / in-natura tax-xogħol
  • id-data tal-bidu ta' l-impjieg
  • kemm mistenni jdum il-kuntratt (jekk kuntratt temporanju) jew id-data ta' meta jiskadi l-kuntratt (jekk kuntratt definit)
  • ir-rata jew il-metodu tal-kalkolu ta' ħlas,
  • l-intervall bejn ħlas u ieħor,
  • il-ħinijiet tax-xogħol (inkluża s-sahra),
  • il-perjodu statutorju ta' mistrieħ u d-drittijiet għal waqfien għall-mistrieh,
  • il-leave bi ħlas,
  • meta wieħed ma jkunx jista' jaħdem minħabba mard jew korriment,
  • il-pensjonijiet u l-iskemi tal-pensjoni,
  • il-perjodu ta’ l-avviż, ftehim kollettivi,

L-Atti ma japplikawx għal persuna li tkun taħdem kontinwament ma' min iħaddimha għal anqas minn xahar. Id-dikjarazzjoni bil-miktub tad-dettalji trid tingħata minn min iħaddem fi żmien xahrejn mid-data ta' meta jibda l-impjieg.

It-Trejd unjons

Is-sħubija fi Trejd unjon hi volontarja. Taħt il-liġi Irlandiża ta' l-Impjieg int għandek eżattament l-istess drittijiet bħall-ħaddiema Irlandiżi. Waħda mill-akbar unjons Irlandiżi, l-SIPTU, waqqfet fergħa għall-ħaddiema barranin. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lil SIPTU fuq Lo Call 1890 747 881 jew fl-indirizz elettroniku organising@siptu.ie jew idħol fuq www.siptu.ie

Last modified:17/10/2014