Ix-Xiri u kiri
Tista' ssib tikri akkommodazzjoni kemm bl-għamara kif ukoll mingħajrha. Normalment tintalab tħallas depożitu ekwivalenti għal massimu ta' xahar kera.
Issib reklami ta' akkommodazzjoni għall-kiri fil-gazzetti nazzjonali u lokali, kif ukoll
fuq l-internet. Aġenziji tal-Propjetà fl-Irlanda ibiegħu kif ukoll jikru l-propjetà.
Is-Servizzi Pubbliċi
Il-kumpaniji responsabbli għall-forniment tal-gass, l-elettriku, u l-ilma huma mniżżla hawn taħt:
- Gass: Irish Gas Board ('Bord Gais Eireann')
- Elettriku: Electricity Supply Board (ESB)
- Ilma: Rati jistgħu japplikaw għal konsumaturi domestiċi. Għal aktar tagħrif ikkuntattja lill-Kunsill tal-Kontea lokali tiegħek.