Qabel ma titlaq lejn l-Irlanda, inti l-ewwel għandek tagħti daqqa t’għajn lill-opportunitajiet tal-impjieg fl-Irlanda, u tfittex pariri u informazzjoni għal qabel titlaq mingħand Konsulenti tal-EURES fil-pajjiż tiegħek stess. Inti tista’ tikkuntattjahom fl-Uffiċċju tas-Servizz tal-Impjieg Pubbliku (ara wkoll il-websajt www.eures.europa.eu).
Malli tasal, wieħed mill-ewwel punti ta’ kuntatt tiegħek, sabiex tikseb assistenza biex issib impjieg u għal informazzjoni oħra dwar l-Irlanda, għandu jkun Uffiċċju għas-Servizzi tal-Impjieg lokali / Uffiċċju Intreo; dawn jinstabu fil-bliet ewlenin kollha madwar l-Irlanda.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali
Mill-1 ta’ Jannar 2012 id-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali qed joffri servizz ġdid integrat għal ħaddiema li qed ifittxu impjieg wara li dan ġie integrat mas-Servizzi tal-Impjieg u Programmi ta’ Impjieg (li qabel kienu amministrati mill-FÁS) u s-Servizz tal-Welare fil-Komunità (qabel mal-HSE).
Intreo, servizz ġdid mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali, huwa punt ta’ kuntatt uniku għall-appoġġ kollu għall-impjieg u għas-salarji. Intreo jipprovdi servizz personalizzat, taħriġ u opportunitajiet ta’ żvilupp personali, assistenza meta tkun qed tfittex impjieg kif ukoll informazzjoni dwar u aċċess għall-varjetà ta’ appoġġ għas-salarji. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.intreo.ie
Ċittadini mill-Istati Membri tal-UE/ŻEE u mill-Isvizzera huma intitolati li jirreġistraw għall-impjieg mal-Uffiċċju għas-Servizzi tal-Impjieg / iċ-Ċentru Intreo u jistgħu jibbenefikaw minn gwida u servizzi ta’ counselling. Informazzjoni dwar impjiegi tista’ tinkiseb mill-websajt Jobs Ireland fuq www.jobsireland.ie jew sejħa 1890 800 024. F’kull uffiċċju tas-Servizzi tal-Impjieg madwar il-pajjiż jiġi offrut servizz ta’ interpretazzjoni tal-lingwa.
Aġenziji Privati tar-Reklutaġġ
Aġenziji privati tar-reklutaġġ ma jistgħux jitolbu ħlas mingħand persuni li qed ifittxu l-impjieg għas-servizz baiku li jirreġistrawhom fid-dejtabejż tagħhom. L-aġenziji kollha għandhom ikunu liċenzjati mid-Dipartiment tal-Impjiegi, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni. Lista tal-aġenziji tal-impjieg liċenzjati hija disponibbli mit-Taqsima tal-Liċenzji tal-Aġenziji tal-Impjiegi tad-Dipartiment. Għal aktar informazzjoni idħol fuq www.workplacerelations.ie/en/information/employmentagencylicencing/
L-aġenziji privati huma elenkati wkoll taħt "Aġenziji tal-Impjieg” fid-direttorju tat-Telefown Golden Pages, jew idħol fuq www.goldenpages.ie
Dawn huma disponibbli wkoll permezz tal-Assoċjazzjoni tal-Aġenziji - The National Recruitment Federation (il-Federazzjoni Nazzjonali tar-Reklutaġġ), fuq www.nrf.ie
Jekk tinħtieġ informazzjoni dwar id-drittijiet legali tiegħek fuq il-post tax-xogħol ikkuntattja lid-Dipartiment tal-Impjiegi, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni fuq +353 59 917 8990
jew idħol fuq www.enterprise.gov.ie
Ara wkoll Drittijiet tal-Impjieg fil-paġna li jmiss.