L-IRLANDA - IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID


Print page

Il-Karatteristiċi fiżiċi

Il-gżira ta' l-Irlanda tinsab fil-Majjistral estrem ta' l-Ewropa.
Erja : 70,282 km2 [Irlanda ta' Fuq: 14,139 km2].

Il-Klima

Il-klima ta' l-Irlanda, li hija Influwenzata min-Nixxiegħa tal-Golf u b'riħ li jiġi l-aktar mil-lbiċ, hija moderata u t-temperaturi huma pjuttost l-istess fil-pajjiż kollu. L-aktar xhur kesħin huma Jannar u Frar bit-temperatura medja ta' l-arja ta' kuljum bejn 4°C u 7°C, waqt li Lulju u Awissu huma l-aktar sħan (14°C sa 16°C). Estremi ta' temperatura ta' l-arja, 10°C taħt iż-żero jew 'il fuq minn 30°C, huma estremament rari.

F'żoni baxxi l-medja ta' xita li tinżel f'sena hi l-aktar bejn 800 u 1200mm imma tvarja minn inqas minn 750mm f'xi żoni tal-lvant sa 1500mm f'xi partijiet fil-punent. F'żoni bil-muntanji x-xita li tinżel f'sena tista' tkun aktar minn 2000mm.

IL-Popolazzjoni

4.5 miljun

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-Istatistika ta’ l-Irlanda; www.cso.ie

IL-Lingwa

L-Ingliż hu rikonoxxut bħala t-tieni lingwa uffiċjali imma hi l-lingwa tal-post tax-xogħol barra miż-żoni ta' Gaeltacht fejn jibqa' jiġi mitkellem l-Irlandiż.

Ir-Reliġjon

Il-Kostituzzjoni Irlandiża tiggarantixxi l-libertà tat-twemmin u
l-libertà li wieħed iħaddan u jipprattika reliġjon liċ-ċittadini kollha.

Il-Politika

F'Diċembru 1921 kien ġie ffirmat Trattat Anglo-Irlandiż u 26 kontea kisbu l-indipendenza bħala l-Istat Ħieles Irlandiż. Sitt kontej ta' Ulster ingħataw il-parlament tagħhom stess f'Belfast fl-1920 u baqgħu fi ħdan ir-Renju Unit. Fl-1937 iddaħħlet Kostituzzjoni u l-Irlanda baqgħet newtrali matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1949 twaqqfet ir-Repubblika Irlandiża. L-Irlanda ġiet aċċettata fin-NU fl-1955 u daħlet fil-Kommunità Ekonomika Ewropea fl-1973, flimkien mar-Renju Unit u d-Danimarka.

L-Ekonomija

Bħala ekonomija ta’ kummerċ internazzjonali, b’suq domestiku żgħir, l-Irlanda tiddependi b’mod qawwi fuq il-kummerċ barrani. l-Irlanda tissemma regolarment bħala wieħed mill-aktar swieq miftuħa fid-dinja, u għandha grad għoli fl-indiċijiet ta’ globalizzazzjoni. Matul il-perjodu bejn l-996 u l-2007, il-PNG (Prodott Nazzjonali Gross) Irlandiż żdied b’rata mgħaġġla bi tkabbir medju ta’ 7% fis-sena, li għamliha l-ekonomija bl-aktar tkabbir mgħaġġel fl-UE. Madankollu, kien hemm żvolta drammatika fl-2008 u l-ekonomija Irlandiża uffiċjalment daħlet f’riċessjoni matul l-ewwel nofs tas-sena. Erba’ snin wara l-bidu tar-riċessjoni, sa issa, għad mhemm l-ebda evidenza konkreta li l-ekonomija qed tirkupra. Filwaqt li l-esportazzjonijiet netti komplew jikbru, dan ma kienx biżżejjed biex jikkumpensa għan-nuqqas kontinwu fit-talba mis-suq domestiku. Il-kriżijiet fiskali tal- Eurozone u dik domestika għad għandhom impatt kemm fuq is-suq domestiku u kemm fuq l-esportazzjoni.  Globalment għall-2012, il-PDG (Prodott Domestiku Gross) reali huwa stmat (mill-Bank Ċentrali) li żdied b’madwar 0.7 fil-mija u l-PNG b’1.5 fil-mija. Iż-żieda proġettata fit-tkabbir tal-PDG għal madwar 1.3 fil-mija għall-2013 u għal madwar 2.5 fil-mija fl-2014 tirrifletti l-aspettattiva ta’ stabilizzazzjoni gradwali fl-attività fl-ekonomija domestika u rkupru fit-talba esterna s-sena d-dieħla. Dawn il-projezzjonijiet huma suġġetti għal riskju sinifikanti, li x’aktarx li jibqa’ l-mutur ewlieni ta’ tkabbir fuq l-orizzont imbassar. 

Last modified:20/08/2013