L-IRLANDA - IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID


Print page

Il-Gvern Irlandiż jipprovdi edukazzjoni mingħajr ħlas kemm fil-livell primarju u kemm f’dak sekondarju. L-edukazzjoni tat-tielet livell hija magħmula minn diversi setturi. Is-settur tal-università, is-settur teknoloġiku, u l-kulleġġi tal-edukazzjoni sostanzjalment huma ffinanzjati mill-Istat (ċerti ħlasijiet ta’ reġistrazzjoni huma applikabbli). Barra minn dan, hemm numru ta’ kulleġġi privati indipendenti. Id-dħul f’korsijiet approvati tat-tielet livell huwa kompetittiv ħafna, u l-postijiet jiġu allokati skont il-marki li wieħed jikseb fil-Leaving Certificate – l-eżami finali tal-iskola ta’ livell sekondarju.

L-edukazzjoni full-time hija obbligatorja mill-età ta’ sitt snin sa sittax-il sena. Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Kompetenzi (Department of Education and Skills) huwa responsabbli għas-sistema tal-edukazzjoni fl-Irlanda.

Tqabbil / Trasparenza tal-Kwalifiki

Informazzjoni hija disponibbli f’numru ta’ lingwi differenti fuq

Last modified:20/08/2013