Jekk għandek nazzjonalità ta' pajjiż ta' l-UE/ŻEE jew ta' l-Iżvizzera u qed tivvjaġġja jew toqgħod fl-Irlanda, int intitolat li tirċievi manteniment u kura b'xejn f'sodod pubbliċi fis-Servizz Eżekuttiv tas-Saħħa (HSE - Health Service Executive) u sptarijiet volontarji jekk timrad jew ikollok inċident.
Il-Karta Ewropea ta' l-Assikurazzjoni tas-Saħħa tagħmilha aktar faċli għalik li tirċievi kura medika malajr u faċilment. Din hija prova li inti tagħmel parti minn skema ta' assigurazzjoni tas-saħħa amministrata minn Stat ieħor ta' l-UE/ŻEE jew l-Iżvizzera.
Is-servizzi ta' out-patient fl-isptarijiet pubbliċi huma wkoll b'xejn, iżda xi persuni jista' jkollhom iħallsu miżata inizzjali jekk ma tkunx saritilhom referenza minn tabib
(GP-General Practitioner). Jekk tkun fi sptar privat jew f'sodda privata fi sptar pubbliku, int trid tħallas kemm għall-manteniment kif ukoll għall-kura. L-assigurazzjoni privata tas-saħħa tiegħek tista' tkopri dawn l-ispejjeż kollha jew parti minnhom.
Għal informazzjoni komprensiva dwar is-servizzi ta’ l-isptar fl-Irlanda żur il-websajt http://www.citizensinformation.ie/
Inċidenti u Emerġenza / Korrimenti
Il-biċċa l-kbira ta' l-isptarijiet ġenerali u xi sptarijiet speċjalizzati għandhom dipartimenti għall-inċidenti u ta' l-emerġenza jew għall-korrimentili l-pazjenti jistgħu jużaw mingħajr ma tkun saritilhom referenza minn GP. Jekk tmur mingħajr referenza ta' GP, tista' tintalab tħallas e100*1. Madankollu, jekk ikollok tagħmel visti oħra konnessi ma' l-istess marda jew inċident, ma jkollokx terġa' tħallas.
Il-kura tas-saħħa b'xejn - karta medika
Karta medika maħruġa mis-Servizz Eżekuttiv tas-Saħħa (HSE) fl-Irlanda tippermetti lil sidha li jirċievi ċerti servizzi tas-saħħa b'xejn. Jekk id-Dħul tiegħek hu inqas minn ċertu livell int tista' tkun intitolat għal kura tas-saħħa b'xejn (Karta Medika). Tista' tiċċekkja għand l-uffiċċju lokali tas-Servizz Eżekuttiv tas-Saħħa tiegħek. Jekk tinħariġlek karta medika, il-karta normalment tkopri lilek u lil martek/żewġek dipendenti u lill-ulied dipendenti. Dettalji ta' l-uffiċċju lokali tas-Servizzi Eżekuttivi tas-Saħħa jistgħu jinstabu fid-Direttorju tat-Telefon lokali jew fuq http://www.hse.ie/
Assikurazzjoni tas-Saħħa Privata
Hemm numru ta' fornituri ta' assigurazzjoni privata tas-saħħa fl-Irlanda. Kumpaniji ta' Assikurazzjoni tas-Saħħa Privata