Jekk tkun qed tgħix u taħdem fl-Irlanda, tiġi bżonn xi forma ta' kont tal-bank. Li jkollok kont tal-bank jippermettilek li tfaddal il-flus, li tagħmel tranżazzjonijiet finanzjarji, li tirċievi il-paga tiegħek eċċ.
Il-biċċa l-kbira tal-banek jistaqsu għal xi forma ta' identifikazzjoni b'ritratt fuqha (bħal passport jew liċenzja tas-sewqan) u prova ta' l-indirizz (bħal kont ta' xi servizz indirizzat lill-applikant). Ma tistax tuża l-istess dokument bħala prova ta' l-identità kif ukoll ta' l-indirizz tiegħek.
Għal lista ta' dokumentazzjoni valida jekk jogħġbok idħol fuq www.citizensinformation.ie