L-IRLANDA - IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID


Print page

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali huwa responsabbli għas-sigurtà soċjali fl-Irlanda. Il-ħadiema jħallsu ammont li jitnaqqas awtomatikament, li jissejjaħ Assigurazzjoni Soċjali relatata mal-Paga (Pay Related Social Insurance - PRSI); dan jitnaqqas minn min jimpjegak u jintbagħat lid-Dipartiment. L-ammont ta’ PRSI li tħallas jiddependi fuq id-dħul tiegħek u l-klassi ta’ assigurazzjoni li taqa’ taħtha. Jeżistu 11-il Klassi differenti ia’ Assigurazzjoni Soċjali fl-Irlanda. Pereżempju, għal impjegati li huma assigurati taħt il-Klassi A, l-ammont li jħallsu huwa kif ġej:

  • Jekk taqla’ anqas minn ammont gross ta’ €352 fil-ġimgħa, ma tħallas ebda assigurazzjoni. Min jimpjegak iħallas l-assigurazzjoni soċjali f’ismek. Min jimpjegak iħallas kontribuzzjoni ta’ 4.25% fuq id-dħul tiegħek (Din kienet 8.5% sal-1 ta’ Lulju 2011 u se terġa’ tittella għal 8.5% fl-2014)
  • Jekk taqla’ bejn €352 u €356 fil-ġimgħa, l-ewwel €127 tad-dħul tiegħek ma jitqiesux, u inti tħallas 4% fuq dak kollu li taqla’ aktar minn dan l-ammont. Min jimpjegak iħallas 4.25% fuq id-dħul tiegħek sa €356 (Din kienet 8.5% sal-1 ta’ Lulju 2011 u se terġa’ tittella għal 8.5% fl-2014)
  • Jekk taqla’ aktar minn €356 fil-ġimgħa, l-ewwel €127 tad-dħul tiegħek ma jitqiesux, u inti tħallas 4% fuq dak kollu li taqla’ aktar minn dan l-ammont. Min jimpjegak iħallas 10.75% fuq id-dħul tiegħek kull ġimgħa.

Għal persuni assigurati taħt klassijiet oħra, l-ammont ta’ PRSI li jħallsu jvarja.

L-individwi kollha bi dħul gross annwali ta’ aktar minn €10,036 huma obbligati li jħallsu Ħlas Soċjali Universali (Universal Social Charge) (2%, 4% jew 7%). 

Ta’ min jinnota:
Iċ-ċifri pprovduti hawn fuq kienu korretti fil-ħin tal-publikazzjoni.  Madankollu, dawn jistgħu jinbidlu. Għal aktar informazzjoni idħol fuq www.welfare.ie   

L-Għajnuna Soċjali

Kull min japplika għal Assistenza ta' Għajnuna Soċjali (ħlasijiet skond kemm għandek mezzi) mingħand il-Gvern Irlandiż irid jissodisfa Kondizzjoni ta' Residenza Abitwali flimkien ma' kondizzjonijiet oħra ta' kwalifika. Ġeneralment applikant li jkun ilu preżenti fl-Irlanda għal sentejn jew aktar, jaħdem hawnhekk u li għandu intenzjoni stabbli li jibqa' fl-Irlanda u li jagħmilha d-dar permanenti tiegħu jissodisfa wkoll il-Kondizzjoni ta' Residenza Abitwali. Għal tagħrif sħiħ żur www.welfare.ie

It-Trasferiment ta' Benefiċċju tal-Qgħad

Persuni li kienu jirċievu Benefiċċju tal-Qgħad f'pajjiżhom (UE/Stat Membru taż-ŻEE jew l-Iżvizzera) huma intitolati għal transferiment tal-Benefiċċju tal-Qgħad (jekk eliġibbli) minn dak il-pajjiż għall-Irlanda għal perjodu ta' tlett xhur. It-trasferiment tal-Benefiċċju tal-Qgħad huwa organizzat mill-Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali jew tax-Xogħol fil-pajjiż ta’ oriġini tal-UE/ŻEE u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali Irlandiż.

Last modified:20/08/2013