L-IRLANDA - IL-GWIDA TIEGĦEK GĦAL BIDU ĠDID


Print page

L-IRLANDA TAGĦTI ĦARSA LEJN IL-FUTUR TIEGĦEK

L-iskop ta' din l-inizjattiva huwa li tikseb informazzjoni li tista' tkun utli għalik li ġej fl-Irlanda. Din il-gwida tistabbilixxi l-passi li għandek tieħu qabel ma ssiefer lejn u mal-wasla tiegħek fl-Irlanda. Din tipprovdi informazzjoni utli u indirizzi fejn inti tista’ ssib aktar assistenza.

KUN AF QABEL TITLAQ

Li tmur tgħix barra l-pajjiż tiegħek tista’ tkun esperjenza mill-aqwa, li toffri lill-persuni l-opprtunità li jduqu mill-ħajja kulturali, soċjali u ekonomika ta’ pajjiż ġdid. L-Irlanda hija destinazzjoni popolari għal ħaddiema mobbli Ewropej li qed ifittxu impjieg u bosta ħadu vantaġġ mid-dritt tagħhom li jgħixu u jaħdmu fl-Irlanda. Madankollu, biex tieħu l-aqwa riżultat mill-esperjenza tiegħek, huwa tassew importanti li tikseb informazzjoni dwar l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, id-drittijiet fl-impjieg u s-sitwazzjoni ekonomika attwali qabel ma tmur. 

Tista' tagħmel dan billi tuża s-sistema EURES (EURopean Employment Services) li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tal-ħaddiema.

EURES tipprovdi aċċess għal dawn is-servizzi:

  • Aktar minn 1,000,000 impjieg minn madwar l-Ewropa kollha, inkluż l-Irlanda
  • Dejtabejż ċentrali ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol f’kull wieħed minn dawn il-pajjiżi
  • Konsulenti tal-Eures imħarrġa apposta li jaħdmu fis-Servizzi tal-Impjieg Pubbliku tal-pajjiż tiegħek stess li jagħtuk pariri u gwida komprensiva dwar il-mobilità.
    Fl-Irlanda, is-sistema Eures hija bbażata fis-Servizzi tal-Impjieg tad-Dipertiment għall-Protezzjoni Soċjali.

Inti tista’ taċċessa EURES fuq l-internet fuq www.eures.europa.eu jew mill-Uffiċċju tal-Impjieg Pubbliku lokali tiegħek.

Last modified:15/08/2013